Navigate Up
Sign In

UFFIĊJAL KORRETTIV

Date: Oct 01, 2019
 
AĠENZIJA GĦAS-SERVIZZI KORRETTIVI

L-Applikanti jridu jkunu:
-    ċittadini ta’ Malta ta’ kondotta li hija xierqa għall-pożizzjoni li qed japplikaw għaliha;
-    kapaċi jikkomunikaw (kemm b’mod orali kif ukoll bil-kitba) bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
-    ikunu għalqu t-tmintax-il (18) sena imma mhux l-erbgħin (40) sena sad-data tal-għeluq ta’ din
     is-sejħa għall-applikazzjonijiet;
-    ta’ mhux inqas mit-tul minimu meħtieġ, i.e. 1.57m għall-irġiel u 1.52m għan nisa u ta’ bilanċ
     aċċettabbli bejn il-piż u t-tul tal-persuna;

U

-    ikollhom ċertifikati f’Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) jew kwalifika
     komparabbli f’Livell 3 tal-MQF fil-Malti u l-Ingliż;

JEW

-    ikollhom Ċertifikazzjoni ta’ Tluq mill-Iskola f’Livell 1 tal-MQF, li temmew b’suċċess il-Ħames
     Sena Sekondarja u jkollhom xi esperjenza ta’ xogħol preferibbilment bħala mastrudaxxa,
     ħaddied, dawl u ilma, mekkanik, bennej u ħajjat. Ser tingħata preferenza lill-applikanti li
     jkollhom ċertifikati f’Livell Ordinarju fi Grad 7 jew ogħla u/jew bil-liċenzji rispettivi neċessarji.
     Ser tingħata preferenza wkoll lil dawk li jkollhom liċenzja ta’ security guard;

JEW

     - li jkunu servew f’Korp Dixxiplinarju (jiġifieri, Navali, Militari jew tal-Ajru, Korp tal-Pulizija,
     Servizzi Korrettivi, Protezzjoni Ċivili jew Servizz ta’ Detenzjoni) għal mhux anqas minn erbgħa
     u għoxrin (24) xahar u li jkollhom fil-pussess tagħhom Ċertifikat ta’ Mertu tas-Servizz maħruġ
     mill-Kap tal-Korp Dixxiplinarju rispettiv.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fuq recruitment.ccf@gov.mt jew jintbagħtu personalment għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani, Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Triq il-Belt Valletta, Paola. L-applikazzjonijiet iridu jinkludu curriculum vitae, kopja taċ-ċertifikati akkademiċi rilevanti, ritratt tal-passaport u Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija.

Id-data tal-għeluq sakemm jintlaqgħu l-applikazzjonijiet hija l-Ħadd 6 ta’ Ottubru, 2019 f’nofsinhar (CET).
 
Nru. tal-Permess tal-JobsPlus 643/2019