Kmieni dal-lejl, raġel Malti ta' 49 sena nstab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu. L-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel ma kellu ebda sinjali esterni ta' vjolenza. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara. Filwaqt li nfetħet inkjesta interna, il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa.