Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-AĠENZIJA GĦAS-SERVIZZI KORRETTIVI

Reference Number: PR192292, Press Release Issue Date: Oct 27, 2019
 
Ilbieraħ filgħaxija, raġel Malti residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu. Minnufih, żewġ uffiċjali tawh l-ewwel assistenza sakemm ġiet l-ambulanza u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. 

Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet iktar kmieni llum. 

Filwaqt li għaddejja investigazzjoni interna skont il-proċeduri stabbiliti, dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.