Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

Reference Number: PR192269, Press Release Issue Date: Oct 24, 2019
 
F’ċerimonja li saret fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia
inawgura l-Uffiċċju tal-Hate Speech u l-Hate Crime Unit. Dan il-unit speċjalizzata ser tkun qed
tiġġieled il-hate speech u l-hate crime.

Dan il-proġett iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea huwa sħubija bejn il-Ministeru għall-Intern
u s-Sigurtà Nazzjonali, il-Korp tal-Pulizija, il-Victims Support Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, l-
Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati, l-Aġenzija għall-Ħarsien ta' Persuni li jfittxu l-Azill (AWAS),
id-Direttorat għall-Integrazzjoni u l-Ugwaljanza, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni 
b’Diżabilità u l-Victims Support Europe.

Il-Ministru Michael Farrugia tenna li dan il-Unit għandu żewġ għanijiet ewlenin li:

1) jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar dak li jikkostitwixxi diskors ta’ mibegħda, jew
kriminalità instigata minn mibegħda u;
2) li jassisti lill-vittmi kemm legalment, kif ukoll b’mod terapewtiku.

Il-Ministru Farrugia ħabbar li se tibda kampanja edukattiva biex tgħarraf lin-nies dwar ilkonsegwenzi
tal-imġieba tagħhom online, u biex tenfasizza li diskors ta’ mibegħda huwa illegali u lpieni
li ġġorr magħha f’Malta.

Il-Ministru Michael Farrugia saħaq li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi ta’ diskors ta’ mibegħda jew
kriminalità huma Maltin. Stħarriġ li sar minn SOS Malta fl-2016 u li kien iffoka fuq esperjenzi ta’
vittmi ta’ hate speech u hate crime mill-perspettiva tal-vittma u tax-xhud, kien sab li madwar 34%
kienu vittmi ta’ hate speech, 8% kienu vittmi ta’ hate crime, filwaqt li 24% kienu vittmi ta’ forom
oħra ta’ preġudizzju. Skont il-vittmi intervistati, il-motivazzjonijiet ewlenin li jimbuttaw lin-nies biex
iwettqu hate speech jew hate crime huma n-nazzjonalità (21.6%), l-opinjoni politika (17.6%) u rreliġjon
(14.7%).

Il-Ministru Michael Farrugia kkonkluda li kulħadd irrid jirrispetta l-opinjoni ta’ ħaddieħor mingħajr
ma jinstiga mibegħda.

Fl-inawgurazzjoni, il-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija Father Raymond Bonnici bierek il-Hate Crime
u Hate Speech Unit.​