Navigate Up
Sign In

Stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-general workers union

Reference Number: PR192260, Press Release Issue Date: Oct 23, 2019
 
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-General Workers Union iltaqgħu biex jiddiskutu l-inċidenti li seħħew nhar il-Ħadd li għadda fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, u s-sitwazzjoni preżenti tal-aġenzija AWAS.

Waqt din il-laqgħa, il-Ministeru u l-GWU qablu fuq il-ħtieġa ta’ aktar saħħa u sigurtà għall-ħaddiema tal-AWAS, kif ukoll għall-istess residenti fiċ-ċentri operati mill-istess aġenzija. Iż-żewġ naħat ser jibqgħu f’kommunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-titjib.

Id-delegazzjoni mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kienet mmexxija mis-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney u s-CEO tal-AWAS Mauro Farrugia, filwaqt li d-delegazzjoni tal-GWU kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Buġeja.​