Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA

Reference Number: PR201567, Press Release Issue Date: Aug 17, 2020
 
​B'referenza għall-allegazjoni li sar party fil-barracks ġewwa Ħal Far, it-tmexxija tal-Forzi Armati ta' Malta ħadet azzjoni immedjata, anki billi ħatret inkjesta interna minnufih sabiex jiġu vverifikati l-allegazzjonijiet u l-fatti.
 
Apparti minn hekk, is-suldati li kienu xogħol dakinhar intalbu jagħmlu test tal-awrina sabiex jiġi stabbilit għamlux użu minn sustanzi illegali. Is-suldati kollha aċċettaw bl-eċċezzjoni ta' wieħed. Ir-riżultati ta' min għamel it-test kollha ħarġu negattivi filwaqt li l-persuna li rrifjuta tkeċċa immedjatament fl-interess tas-servizz. Dan sar in linea mal-politika interna li tħaddan l-Armata ossia ta' zero tolerance fejn jidħol użu ta' sustanzi illegali.
 
Il-Forzi Armati ta' Malta ttenni li qed tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta interna, u sussegwentament timxi u tieħu passi skont l-istess konklużjonijie