Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Reference Number: PR201534, Press Release Issue Date: Aug 11, 2020
 
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b'rabta ma' każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher il-Qorti mhux akkumpanjat minn Uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.  

Il-Ministru ħa dan il-pass immedjatament hekk kif kien mgħarraf bil-każ. 

L-inkjesta se titmexxa mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi.  

It-termini ta' referenza ta' din l-inkjesta jitolbu li jistabilixxu l-fatti kollha tal-każ u toffri dawk ir-rakkomandazzjonijiet li tħoss li huma meħtieġa.

It-terminu tal-inkjesta hu ta' mhux aktar minn 20 ġurnata.  

Minn informazzjoni preliminari jidher li l-priġunier li qed issir referenza għalih kellu kawżi oħra minbarra dak li deher dwaru quddiem il-Qorti dalgħodu.​