Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Bidla fi spirtu pożittiv ta’ governanza tajba

Reference Number: PR202687, Press Release Issue Date: Dec 30, 2020
 
Il-Gvern se jkun qed jemenda l-avviż legali li jippermetti lill-Ministru jżomm mill-pubblikazzjoni ta’ xi isem ta’ persuna li tkun kisbet iċ-ċittadinanza jekk tinħass il-ħtieġa f’każi straordinarji. 
 
Pajjiżna hu l-uniku wieħed li jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li ħadu ċ-ċittadinanza, u issa se jibda jippubblika wkoll ta’ dawk li ġew privvati miċ-ċittadinanza Maltija. Dan f’sinjal ieħor ta’ trasparenza.
 
Din il-klawżola kienet maħsuba għal ċirkostanzi straordinarji ħafna li mhux bilfors ikunu marbuta maċ-ċittadinanza bil-mertu. Fid-dawl li din il-klawsola tista’ tkun interpretata bħala li titfa’ ċertu dubju fuq ix-xogħol kbir li sar biex tissaħħaħ it-trasparenza, il-Gvern ta’ widen u qed jieħu nota tat-tħassib li tqajjem u se jkun qed ineħħiha mill-avviż legali. 
 
Il-bidliet kollha li saru tħejjew fi spirtu pożittiv ta’ governanza tajba u tisħiħ ta’ programm li ħalla ġid kbir lill-poplu Malti.