Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Reference Number: PR201170, Press Release Issue Date: Jun 20, 2020
 
​​Is-servizzi ta' detenzjoni, wara li sar l-iċċekjar tas-soltu, indunaw u kkonfermaw li 21 immigrant ħarbu miċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Far.
 
Dawn ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li, fost oħrajn, ikkawżaw ħsara fuq wieħed mill-ħitan taċ-ċentru. ​
 
It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta' Detenzjoni ntebħet b'dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.​