Navigate Up
Sign In

STQARIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Reference Number: PR200468, Press Release Issue Date: Mar 12, 2020
 
​Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ltaqa' mal-Malta Police Association u l-Police Officers Union fid-dawl tal-irwol li għandu l-Korp tal-Pulizija fiċ-ċirkostanzi partikolari fejn il-pajjiż irid jiġġieled it-tixrid tal-Covid-19.
 
Akkumpanjat mill-ogħla uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru Camilleri enfasizza l-importanza tal-Korp tal-Pulizija f'dan il-mument, fosthom biex ikun assigurat li min hu obbligat isegwi l-kwarantina.
 
F'din il-laqgħa kien spjegat kif se jsir ix-xogħol u kien spjegat li dan ix-xogħol se jsir anke skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-unjins kienu sodisfatti b'dan u kien hemm qbil li jinżamm kuntatt regolari bejn it-tmexxija tal-korp u l-unjins. ​​