Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Reference Number: PR200470, Press Release Issue Date: Mar 12, 2020
 

Il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi għas-sebgħat ijiem li ġejjin. Dan bħala prekawzjoni bil-għan li l-virus COVID-19 ma jinfirix fil-faċilità li hi spazju magħluq b’konċentrazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni.
 
Wara passi ta’ prekawzjoni li ttieħdu fl-aħħar jiem, din il-miżura ddaħħal fis-seħħ l-ewwel fażi ta’ pjan li fasslet il-faċilità fl-aħħar ġimgħat quddiem l-isfida tat-tixrid tal-COVID-19.
 
It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed tevita wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità.
 
​Miżuri simili qed jittieħdu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti.
 
Din id-deċiżjoni se terġa’ tkun riveduta fi żmien ġimgħa.