Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET Tibdil fil-proċeduri tas-servizz offrut mill-Uffiċċju tar-Reġistrar tal-Artijiet

Reference Number: PR200527, Press Release Issue Date: Mar 19, 2020
 
​Fid-dawl tal-miżuri li ħabbar il-Gvern, is-servizz offrut mill-Uffiċċju tar-Reġistrar tal-Artijiet se jibqa' jingħata, iżda l-individwi li għandhom bżonn jagħmlu użu mil-Land Registry site-plan, għandhom jaċċessaw il-portal www.landregistryplans.gov.mt u jordnaw din l-istess pjanta.  Sussegwentament, din il-pjanta rikjesta tintbgħat bil-posta fi żmien jumejn.
 
Min-naħa l-oħra, kull min għandu applikazzjonijiet kif ukoll riċerki li għandu bżonn jissottometti, għandhom jitpoġġew ġewwa envelope u jitħallew fil-post indikat fir-reception. Ir-risposti jinġabru mill-istess post, wara li dawn jiġu pproċessati.
 
Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet Alex Muscat stqarr li l-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jagħmel użu mis-servizzi online, fejn dan hu possibbli.  Dawn il-miżuri qed jittieħdu sabiex jiġi evitat kuntatt dirett, u titnaqqas il-possibilità li npoġġu f'riskju s-saħħa tal-ħaddiema involuti. Għaldaqstant, diġà ġie deċiż li numru ta' ħaddiema jkomplu bl-operat tagħhom minn djarhom
 
Fil-każ ta' kjarifiċi jew mistoqsijiet rigward reġistrazzjoni jew informazzjoni fuq proprjetà f'Malta, wieħed jista' jibgħat messaġġ fuq l-email: enquirieslandregistry@gov.mt . Mistoqsijiet li jirrigwardjaw proprjetà f'Għawdex għandhom isiru fuq l-email: enquirieslandregistrygozo@gov.mt .
 
Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun ikkommunikat mod ieħor. F'kummenti li għadda, is-Segretarju Parlamentari saħaq li f'mumenti diffiċli bħal dawn it-tibdil li hu meħtieġ se jsir b'mod immedjat.​