Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Għall-ewwel darba, il-Malta Red Cross tniedi kors online tal-ewwel għajnuna minħabba ċ-ċirkostanzi b’rabta mal-COVID-19

Reference Number: PR200867, Press Release Issue Date: May 08, 2020
 
​Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, ġie spjegat li waqt emerġenza, 90% tal-ħajjiet jiġu salvati minn persuni li m'għandhom l-ebda taħriġ mediku. Għaldaqstant, bl-iżviluppi riċenti fir-rigward tal-pandemija, l-għaqda ħadet il-pass li tniedi mod innovattiv kif twassal taħriġ tal-ewwel għajnuna lill-pubbliku.
 
Fil-jum dinji ddedikat għas-Soċjetajiet tas-Salib u tal-Qamar l-Aħmar, il-Ministru għall-Intern kellu kliem ta' tifħir għall-Malta Red Cross u spjega li ż-żewġ entitajiet ikkollaboraw fuq diversi proġetti.
 
“L-imxija tal-COVID-19 biddlet l-operat ta' kulħadd iżda hu ta' sodisfazzjon meta nara għaqdiet bħar-Red Cross li minflok qatgħu qalbhom f'dawn iċ-ċirkostanzi raw kif jagħmlu biex ikomplu jagħtu s-servizzi tagħhom," tenna l-Ministru Camilleri. ​