Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI 73 persuna jibdew karriera mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

Reference Number: PR201958, Press Release Issue Date: Oct 10, 2020
 
​Proċess ta' reklutaġġ u ġimgħat ta' taħriġ estensiv waslu biex ilbieraħ 73 persuna oħra bdew karriera mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. B'hekk kompla jissaħħaħ ir-riżors uman ta' din l-aġenzija li tmexxi l-Faċilità Korettiva ta' Kordin. Fost dawn il-ħaddiema l-ġodda hemm ukoll 14-il mara.
 
Il-ħtieġa tad-dixxiplina u r-riforma bħala żewġ għanijiet importanti ndaqs kienu fiċ-ċentru tal-messaġġi li ngħataw lill-uffiċjali korettivi l-ġodda f'ċerimonja tal-okkażjoni fejn setgħu jidhru kburin lebsin l-uniformi tas-servizz.
 
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li dik tagħhom “hija sejħa għal min irid jikkontribwixxi b'mod differenti għal pajjiżu biex jaħdem ħalli s-soċjetà tkun waħda aħjar." Il-Ministru Camilleri żied, “Tidħlux bil-mentalità li intom dħaltu f'dan l-irwol u x-xogħol tagħkom huwa biss li żżommu l-ordni fil-ħabs. Huwa tajjeb, perà l-kisbiet il-kbar jaslu meta tedukaw, meta tikkomunikaw. Jaslu meta priġunier iħalli dan il-post u jkun persuna aħjar."
 
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Alex Dalli wkoll tkellem dwar kif is-soċjetà tistenna dixxiplina u riforma. “Ix-xogħol tagħkom fih l-onestà u l-kuraġġ," qal il-Kap Eżekuttiv Dalli.