Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Miljun ewro minn fondi nazzjonali biex tissaħħaħ il-Protezzjoni Ċivili

Reference Number: PR201640, Press Release Issue Date: Sep 02, 2020
 
​Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie inawgurat apparat ġdid biex il-Protezzjoni Ċivili tkun imħejjija aħjar għall-każi li jinqalgħu. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar kif permezz ta' investiment ta' miljun ewro minn fondi nazzjonali l-Gvern qed juri li lest jinvesti kemm jiflaħ fis-sigurtà tal-pajjiż.
 
L-apparat se jkun qed jgħin lill-Protezzjoni Ċivili tkun iktar ppreparata biex taffaċċja realtajiet ta' kuljum inkluż meta tiġi l-isfida ta' maltempata kbira kif ukoll inċidenti f'siti ta' kostruzzjoni. Il-Ministru Camilleri spjega kif il-Protezzjoni Ċivili hi parti essenzjali mis-sigurtà li rridu noffru lil pajjiżna għalhekk jeħtieġ li n-nies ta' dan id-dipartiment jaħdmu bl-aqwa għodda.
 
“Qed nassiguraw li bħala pajjiż inkunu imħejjija aħjar għal dak li jista' jinqala. Din hija parti minn sensiela ta' proġetti li ser nkunu qed inħabbru fiż-żmien li ġej li ser iwasslu biex il-Protezzjoni Ċivili tkun aktar effiċjenti, ippreparata u mgħammra biex twieġeb għas-sejħiet li jsirulha," qal il-Ministru Camilleri.
 
Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur Emanuel Psaila, spjega kif l-apparat, fosthom żewġ rotating telehandlers, jistgħu jintramaw għal diversi xenarji li l-ħaddiema jiltaqgħu magħħhom fl-operat ta' kuljum. Għaldaqstant, il-ħaddiema se jingħataw ukoll taħriġ speċċjalizzat.