STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

Reference Number: PR221540, Press Release Issue Date: Nov 11, 2022
 
Is-Sur Leonid McKay se jinħatar bħala Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.  

L-Awtorità li twaqqfet ftit tax-xhur ilu, wara l-liġi storika approvata fi tmiem is-sena li għaddiet, għandha l-għan li tirregola s-settur inkluż bit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, kif ukoll għandha rwol edukattiv importanti. 

Is-Sur McKay għandu esperjenza ta' tmexxija ta' awtoritajiet pubbliċi u ħadem għal snin twal fis-settur soċjali. McKay gradwa fis-Soċjoloġija u fil-politika soċjali f'livell ta' Masters. Hu ħadem għal tnax-il sena fi ħdan is-servizzi differenti ta' Caritas Malta qabel ma nħatar Direttur fl-2014. 

Fl-2018 huwa nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fejn ħadem biex saħħaħ is-servizzi mogħtija, filwaqt li tnedew numru ta' skemi ġodda u bdew jitħaddmu riformi li kienu ilhom mistennija snin u li provdew assistenza lil eluf ta' persuni.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jirringrazzjaw lis-Sinjura Mariella Dimech għas-sehem tagħha fl-aħħar xhur.​