STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Ordnata inkjesta dwar il-qtil f’Raħal Ġdid
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Ordnata inkjesta dwar il-qtil f’Raħal Ġdid

Reference Number: PR221612, Press Release Issue Date: Nov 22, 2022
 
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ordnaw li ssir inkjesta ministerjali skont l-Att dwar l-Inkjesti Kap 273, u dan fir-rigward tal-qtil li seħħ f'Raħal Ġdid aktar kmieni illum. ​ 

L-inkjesta se titmexxa mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia. Din l-inkjesta se tkun qed tinvestiga x'kienet ir-responsabbiltà o meno ta' kull awtorità kkonċernata inkonessjoni ma' dan il-każ,  tistabbilixxi jekk kienx hemm xi nuqqas minn xi entità u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet opportuni jekk tirriskontra xi nuqqas. 

​​