STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

Reference Number: PR230050, Press Release Issue Date: Jan 13, 2023
 
Is-Sa Karen Galea maħtura bħala Kmandant tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati u l-ewwel mara li se sservi fl-ogħla kariga f’wieħed mis-setturi tal-Korpi Dixxiplinati

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri nnomina lis-Sa Karen Galea bħala l-Kmandant il-ġdida tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati. Hi se tkun ukoll l-ewwel mara li se sservi fl-ogħla kariga f'wieħed mis-setturi tal-Korpi Dixxiplinati. 

Karen Galea hi gradwata mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fil-Kummerċ, b’esperjenza twila fis-servizz pubbliku. Is-Sa Galea serviet għal 22 sena f’diversi rwoli ċivili tal-Korp tal-Pulizija, bl-aħħar kariga tagħha tkun dik ta’ Direttur tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi tal-Korp tal-Pulizija. 

Filwaqt li awguralha kull suċċess fil-kariga l-ġdida tagħha, l-Ministru Byron Camilleri rringrazzja lill-Kmandant uxxenti, s-Sur Joseph Cachia, għas-servizz siewi li hu ta lil pajjiżna.