STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

Reference Number: PR230074, Press Release Issue Date: Jan 17, 2023
 
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jagħmel referenza għall-miżura interim maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar koppja ta’ nazzjonalità Ċiniża. Filwaqt li l-awtoritajiet Maltin jirrispettaw il-gwida mogħtija mill-Qorti, wieħed irid ifakkar li dawn iż-żewġ persuni diġà eżawrixxew il-proċess tal-ażil u nstab li ma jeħtieġu l-ebda protezzjoni f’pajjiżna. Wara li t-talba tagħhom għal ażil ma ntlaqgħetx, dawn il-persuni għamlu numru ta’ snin jgħixu f’Malta illegalment. Għal darba oħra, l-awtoritajiet ser ikunu qed iwieġbu għal kull waħda mill-allegazzjonijiet skorretti tal-avukati ta’ dawn iż-żewġ persuni. 

Il-Ministeru jfakkar li r-ritorn huwa parti integrali mill-politika tal-immigrazzjoni u l-ażil. L-isforzi ta’ xi wħud biex jisfrattaw din il-ħidma sservi biss sabiex tnaqqar mill-integrità u l-fiduċja tal-pubbliku f’dawn is-sistemi, b’dannu għal dawk li verament jeħtieġu l-protezzjoni f’pajjiżna.​