Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati mogħtija llum b'rabta ma' każ li fih kien hemm involut is-Sur Robert Brincau, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Is-Sur Robert Brincau ta r-riżenja tiegħu b'mod immedjat mill-kariga.
Is-Sur Christopher Siegersma, li attwalment huwa l-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri, se jinħatar bħala kap eżekuttiv tal-aġenzija minfloku.