STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA - Malta se tospita l-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA - Malta se tospita l-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran

Reference Number: PR230320, Press Release Issue Date: Mar 02, 2023
 
Fi tmiem din il-ġimgħa, pajjiżna se jkun qed jospita l-Ministri tal-Intern u l-Immigrazzjoni ta' Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja sabiex jiddiskutu pożizzjoni komuni bejniethom dwar l-iimmigrazzjoni, ftit jiem qabel il-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Intern, sabiex il-ħames pajjiżi jmorru b'pożizzjoni waħda għal-laqgħa tal-Kunsill. ​​​​

Għal din il-laqgħa, imsejħa bħala l-MED5, ġiet mistiedna wkoll il-Ministru għall-Immigrazzjoni Svediża f'isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija FRONTEX.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li, “Din hija opportunità tad-deheb għal Malta sabiex tkompli tkun leader f'dan il-qasam, u tilħaq ftehim sabiex il-pajjiżi kollha tal-MED5 ikollhom l-istess pożizzjoni quddiem il-Kunsill tal-Ministri fil-jiem li ġejjin. Malta, flimkien mal-pajjiżi tal-Mediterran, ser tkompli tisħaq għal politika li tiġġieled it-traffikanti tal-bnedmin u li sussegwentament tnaqqas l-imwiet fuq il-baħar, u għal politika aktar ġusta li tiżgura li tingħata protezzjoni lil minn verament ħaqqu, filwaqt li nies li ma għandhomx dritt joqgħodu fl-Unjoni jiġu rritornati lura lejn pajjiżhom."​